Mitfugħ 'l barra minn Franza

Il-president tal-assoċjazzjoni tal-partitarji tal-futbol Russu mkeċċi minn Franza wara l-vjolenza li nstiga waqt logħoba futbol

Vjolenza f'Marsilja min partitarji Russi
Vjolenza f'Marsilja min partitarji Russi

Alexander Shprygin, il-president tal-assoċjazzjoni tal-partitarji tal-futbol Russu, tkeċċa min Franza flimkien ma 20 partitarju ieħor.  

Dan seħħ wara mġieba vjolenti  min dawn il-partitarji waqt il-logħoba bejn ir-Russja u l-Islovakja, li seħħet nhar l-14 ta' Ġunju f'Marsilja.

Il-grupp ta' Russi ddeportati wara dan l-inċident, se jiġu pprojbiti milli jerġaw jidħlu fi Franza għal-perjodu ta' sentejn. Sentenzi ta' 12, 18 u 24 xahar ħabs ġew mogħtija lil uħud mill-partitarji li ħolqu vjolenza.

Moska ma laqatx tajjeb din id-deportazzjoni u pprotestat mal-ambaxxatur Franciż. Stqarrija mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Russu ddeskriviet din l-azzjoni bħala "sentiment anti-Russu".

 

Alexander Shprygin, president tal-klabb tal-paritarji f'ritratt mall-President Putin
Alexander Shprygin, president tal-klabb tal-paritarji f'ritratt mall-President Putin

More in Kronaka