Grieg fil-periklu tal-mewt wara inċident f'sit ta' kostruzzjoni

Żewġ irġiel iweġġgħu gravi f'incidenti separati wara li waqgħu f-siti ta' kostruzzjoni

Żewġ irġiel jittieħdu l-isptar f'inċidenti separati f'siti ta' kostruzzjoni
Żewġ irġiel jittieħdu l-isptar f'inċidenti separati f'siti ta' kostruzzjoni

Dalgħodu, għall-ħabta tas-6:55 ta' filgħodu, il-Pulizija ta’ Birżebbuġa ġiet infurmata b'inċident ġewwa l-power station ta’ Delimara.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel Grieg ta’ madwar 50 sena, waqa’ għoli ta’ madwar erba’ metri waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol ta’ kostruzzjoni.

Il-Grieg ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Il-Maġistrat tal-Għassa ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

F'inċident separat, għall-ħabta tas-7:15, il-Pulizija ġiet infurmata b’każ ieħor fejn waqa’ raġel f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Fuħħar, il-Manikata.

Minn investigazzjonijiet preliminari li saru mill-Pulizija tal-Mosta jidher li r-raġel li għandu 62 sena u joqgħod ir-Rabat, għal xi raġuni waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari u ġie bejn il-bini u l-pedament tal-istess sit.  Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi, iżda mhux fil-periklu tal-mewt.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post u għenu sabiex ir-raġel seta’ jittella’ mill-post fejn waqa’.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dawn iż-żewġ inċidenti għadha għaddejja. 

More in Kronaka