Paniku f'belt Ġermaniża

25 persuna rrappurtata midruba fi sparatura f'kumpless taċ-ċinema fil-Ġermanja

AĠĠORNAT: Rapporti aktar reċenti jsostnu li ħadd ma weġġa

Pulizija Ġermaniża toqtol raġel li fetaħ in-nar f-kumpless taċ-ċinema
Pulizija Ġermaniża toqtol raġel li fetaħ in-nar f-kumpless taċ-ċinema

Raġel armat u mgħammad issakkar fil-kumpless taċ-ċinema Kinepolis, fil-belt ta' Viernheim, fil-Ġermanja, u żamm madwar 50 persuna ostaġġ.

L-ewwel rapporti li ħarġu mill-media Ġermaniża, sostnew li kien hemm 25 persuna midruba, filwaqt li ma kien hemm ebda rapport ta' mewt. Il-Pulizija ma kelliex għażla ħlief li tiftaħ in-nar fuq ir-raġel li rreżista għall-arrest; bil-konsegwenza li dan inqatel.

Rapporti aktar reċenti, ikkonfermaw iżda, li wara li l-ostaġġi ġew meħlusa, ma nstab ħadd imweġġa.

Ir-raġunijiet wara dan l-attakk għadhom mhumiex ċari.

Il-Kumpless taċ-ċinema Kinepolis, fil-Ġermanja
Il-Kumpless taċ-ċinema Kinepolis, fil-Ġermanja

More in Kronaka