Strateġija Nazzjonali tat-Trasport 2050 u konsultazzjoni pubblika fuq il-Pjan Nazzjonali tat-Trasport 2025 ġiet imniegħda l-bieraħ mill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura, Joe Mizzi.
Dan il-pjan, li għall-ewwel darba qed jiġi ppreżentat għall-konsultazzjoni pubblika, se jservi ta’ gwida għall-politika nazzjonali fuq it-trasport iktar fit-tul, sabiex deċiżjonjiet f’dan ir-rigward jistgħu jittieħdu b’mod koerenti u fil-kuntest ta’ strateġija iktar wiesa’ u studjata.
L-Istrateġija Nazzjonali twassal sas-sena 2050 b’viżjoni stabblita
“li tippermetti sistema sostenibbl ta’ trasport li hija effiċjenti, inklussiva, sikura, integrata u affidabbli kemm għall-pubbliku kif ukoll għall-industrija, u li tipprovdi sostenn għall-ambjent rurali, urban u kostali, kif ukoll għall-komunitajiet fejn wieħed jgħix u jaħdem: issa u fil-futur.”
Il-Pjan jidentifika u jindirizza numru ta’ miżuri konkreti li jridu jiġu mplimentati fuq perjodu qasir, medju jew iktar fit-tul u li jkopru l-modi tat-trasport tal-art, tal-ajru, marittimu u intermodali.
Ir-rapport jevalwa wkoll problemi loġistiċi bħalma huma l-konġestjoni tat-traffiku u l-effett li dan iħalli fuq il-kwalita’ tal-arja, bi pjanijiet immirati biex tittaffa l-konġestjoni tat-traffiku, li jinkludi 29 intervent maġġuri f’toroq prinċipali madwar il-gżira u
Il-Pjan tat-Trasport jidentifika wkoll miżuri li jinċentivaw mezzi alternattivi tat-trasport favur l-ambjent, promozzjoni għal aktar użu tar-roti u meżżi ta’ transport aktar ekoloġiċi.
L-abbozz tal-Pjan tat-Trasport u l-Istrateġija Nazzjonali tat-Trasport jistgħu jiġu aċċessati mis-sit elettroniku ta’ Transport Malta (transport.gov.mt). Ħolqa diretta.
Kummenti u suġġerimenti għandhom jintbagħtu fuq l- indirizz [email protected]
Il-pubbliku huwa mħeġġeġ jipparteċipa f’dan l-eżerċizzju mportanti li mistenni jiddetermina l-andament tal-futur tat-trasport nazzjonali.
Il-kummenti u suġġerimenti għandhom jaslu għand Transport Malta sal-Ġimgħa 22 ta’ Lulju 2016.