Aggornat | Tfal tal-iskola jittieħdu l-isptar

Tmint itfal tal-iskola jittieħdu b'emerġenza l-isptar minħabba ħruġ ta' gass f'xarabank

Ħamest itfal jittieħdu Mater Dei
Ħamest itfal jittieħdu Mater Dei

Tmint itfal mill-iskola primarja De La Salle, ittieħdu l-isptar wara li ħasshom ħażin fix-xarabank waqt ħarġa skolastika.

Il-kawża tal-inċident kienet ħrug ta' ġass tal-arja kondizzjonata tax-xarabank. Grupp ta' paramediċi eżaminaw lit-tfal kollha fuq il-post u tmienja minnhom ittieħdu b'ambulanzi l-isptar Mater Dei.

Kollha kemm huma ġew iċċertifikati li jinsabu f'qagħda stabbli u għandhom joħorġu mill-isptar kmieni wara nofsinhar.

More in Kronaka