Il-Brikkuni jitwaqqfu milli jieħdu sehem fil-Beer Festival
Farsons jgħidu li ntlaħaq ftehim biex il-grupp ma jiħux sehem
More in Kronaka
Farsons jgħidu li ntlaħaq ftehim biex il-grupp ma jiħux sehem
Il-Blog ta' Glenn Bedingfield u ħafna Laburisti fuq Facebook ħaduha ferm bi kbira meta Mario Vella tal-grupp Brikkuni ġie mistieden biex jieħu sehem fil-Farsons Beer Festival wara li kiteb fuq il-paġna tiegħu ta' Faceboo, kliem diżpreġġativ u vulgari fuq il-mara tal-Prim Ministru, Michelle Muscat waqt l-għawma li għamlet minn M'Scala sal-Port il-Kbir. Din ir-rabja wasslet biex Farsons kellhom jilħqu ftehim mal-grupp Brikkuni fejn wara mistoqsija mill-istazzjon One weġbuhom li, “Il-kumpanija ftiehmet ma’ Brikkuni li l-grupp mhux se jieħu sehem fil-Farsons Beer Festival.” Il-ftehim bejn Farsons u l-Brikkuni kien intlaħaq fit-2 ta' Mejju li għadda, ferm qabel il-kummenti offensivi li saru fuq Facebook.
"Farsons tiddissassoċċja ruħha minn kull kummenti vulgari u mhux aċċettati magħmula minn Mario Vella dan il-weekend u aħna ħadna il-passi meħtieġa biex nissalvagwardjaw il-pożizzjoni tal-Kumpanija,” qalet il-kumpanija fl-ewwel tweġiba tagħha lil ONE TV.