Turist żagħżugħ ta' nazzjonalita' Ingliża kien involut f-inċident aktat kmieni dalgħodu, f’lukanda fi Triq Dragunara, f'San Ġiljan.
Il-Pulizija tad-Distrett marru mmedjatament fuq il-post fejn sabu Ingliż ta’ 27 sena midrub mal-art ġol-bitħa tal-lukanda wara li x’aktarx kien għadu kif waqa’ minn x'imkien fl-għoli.
Fuq il-post issejjħet l-ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mill-Għassa ta’ San Ġiljan għadhom għaddejjin.
S'issa għadu mhux magħruf jekk iż-żgħażugħ kienx residenti fl-istess lukanda jew jekk waqax minn xi gallarija jew le.