2016 : it-Turkija taħt terrur

Sa mill-bidu ta' din is-sena, it-Turkija ġarrbet 12-il attakk terroristiku separat, b'total ta' 196 vittma bejniethom

Total ta' madwar 196 vittma ta' attakki terroristiċi fit-Turkiija fl-2016
Total ta' madwar 196 vittma ta' attakki terroristiċi fit-Turkiija fl-2016

Tard it-tlieta filgħaxija il-media internazzjonali iffokat fuq l-attakk terroristiku fl-ajruport ta' Ataruk, f'Istanbul, li ħalla 42 persuna mejta u aktar minn 230 oħra midruba. Ir-ritratti u l-filmati li ntwerew fuq siti soċjali u stazzjonijiet tat-televiżjoni madwar id-dinja kienu ta' xokk għall-ħafna nies, iżda anke realizzazjoni li attakki terroristiċi jistgħu iseħħu fi kwalunkwe pajjiż fid-dinja.

Ħaġa li forsi mhux kulħadd jaf iżda, hija li dan l-aħħar attakk kien it-tnax -il wieħed li ġarrbet it-Turkija f'dawn l-aħħar sitt xhur. Din is-sena biss, it-Turkija rat 196 vittma minn attakki terroristiċi f'diversi bliet tagħha, kommessi jew mill-ISIS jew minn militanti separatisti Kurdi.

Waqt ġurnata nazzjonali ta' luttu fit-Turkija nhar l-erbgħa 29 ta' Ġunju, il-president Tork, Recep Tayyip Erdoğan tenna diskors lill-poplu Tork, kif ukoll lill-komunitá internazzjonali;

"Il-bombi li splodew illum f'Istanbul setgħu splodew fi kwalunkwe pajjiż jew ajruport ieħor fid-dinja. Nixtieq lil kulħadd jifhem li għat-terroristi mhemmx differenza bejn Istanbul u Londra, Ankara u Berlin, Izmir u Chicago. Sakemm ma ningħaqdux bħala pajjiż u poplu wieħed u niġġieldu kontra t-terroriżmu flimkien, dak kollhu li lanqas biss nixtiequ nimmaġinaw bħalissa, se jsir realtá."

Is-sentiment fost in-nies fit-Turkija bħalissa huwa wieħed ta' dieqa għall-fatt li atti terroristiċi fit-Turkija imwettqa mill-istess gruppi ta' nies li wettqu attakki fl-Ewropa u l-Amerika, jingħataw inqas attenzjoni mill-media internazzjonali.

Il-vittmi ta' attakki separati fit-Turkija fl-2016
Il-vittmi ta' attakki separati fit-Turkija fl-2016

 

More in Kronaka