LE għall-iżvilupp f'Ħondoq ir-Rummien

L-Awtorità tal-Ippjanar tirrifjuta l-proposti għal-iżvilupp ta' villaġġ turistiku f'Ħondoq ir-Rummien

Il-proposta għall żvilupp f'Ħondoq ir-Rummien tiġi rrifjutata
Il-proposta għall żvilupp f'Ħondoq ir-Rummien tiġi rrifjutata

B'vot unanimu, L-Awtorità tal-Ippjanar irrifjutat il-proposti  għall-proġett ta' żvilupp fil-bajja ta' Ħondoq ir-Rummien, f'Għawdex. Il-proġett kien jinkludi lukanda, yacht marina u villaġġ turistiku mifruxin fuq medda ta' 103,000 metru kwadru.

Il-Bord saħaq li allavolja hemm pjan ta' riabilitazzjoni, biex ipatti għall-ħsarat ambjentali imġarrba fiż-żona, il-proġett propost kien ta' skala wisq kbira, ikkumparat mal-ammont ta' ntervent li l-Awtorità tqis aċċettabli għall-bajja ta' Ħondoq ir-Rummien.

 

More in Kronaka