13-il ostaġġ f'Bangladesh meħlusa
13-il ostaġġ ġew salvati u sitt terroristi maqtula
More in Kronaka
13-il ostaġġ ġew salvati u sitt terroristi maqtula
It-truppi ta' Bangladesh għadhom kif ħabbru li kklerjaw il-kafetterija fil-kapitali Dhaka ta' Bangladesh fejn nies armati, il-bieraħ filgħaxija ħatfu 20 ostaġġ, fosthom xi barranin.
L-armata qalet li huma ħelsu 13-il ostaġġ li jinkludu 4 barranin filwaqt li sitt terroristi ġew maqtula, il-kumplament tal-ostaġġu l-oħra għadha mhix magħrufa x'sar minnhom.
In-nazzjonalita ta' dawk maħtufa kien hemm diversi Taljani u xi Ġappuniżi. Il-grupp MIlitanti IS ħa r-responsabilita tal-attakk. Il-kmandant tal-armata elita ta' Bangladesh qal li qatlu mill-inqas sitt terroristi u l-bini prinċipali hu 'clear' għalkemm l-operazzjoni għadha sejra
Instemgħu splużjonijiet kbar meta l-armata daħlet b'saħħa fir-ristorant u ħasdet lit-terroristi. Kollox waqaf wara siegħa ta' sparar u splużjonijiet.
S;issa hu magħruf li żewġ pulizija ġew maqtula l-bieraħ waqt il-ħtif tal-kafetterija u 30 imweġġa. Sadattant l_ISIS ħarġu stqarrija li huma responsabbli tal-attakk u li fost il-vittmi hemm madwar 20 barrani maqtula. Iżda din l-aħbar ma ġietx konfermata.