Sebat itfal jispiċċaw l-isptar wara ġurnata fl-aquapark

Biżgħa li belgħu xi ilma tal-pixxina

Sebat itfal ta' bejn il-5 u s-7 snin qattgħu l-lejl l-isptar tat-tfal f'Palermo wara li spiċċaw b'deni għoli, jirremmettu u diarrea.

Is-sebgħa li huma ma kinux jafu lil xulxin u lanqas jiġu minn xulxin iżda kollha kienu fl-Aquapark ta' Monreale f'Palermo matul il-ġurnata ta' qabel. Il-kundizzjoni tagħhom qalbet għall-aħjar, iżda xorta waħda żammewhom l-isptar għal iktar osservazzjonijiet u biex jaraw x'kienet eżatt ir-raġuni fejn qed jaħsbu li dawn belgħu l-ilma tal-pixxina. Sadattant l-awtoritajiet intalbu jmorru jispezzjonaw dan l-aquapark.

 

More in Kronaka