Rumen jaqla' xebgħa ħadida fi ġlieda f'Ħad Dingli

Raġel Rumen resident f'Ħad Dingli jittieħed l-isptar wara li qala' xebgħa ħadida fi ġlieda

Pulizija msejjħa Ħad Dingli dwar ġlieda bejn erba' persuni
Pulizija msejjħa Ħad Dingli dwar ġlieda bejn erba' persuni

Raġel Rumen ta' 33 sena, resident f'Ħad Dingli iddaħħal l-isptar għall-kura wara li kien involut fi ġlieda bejn erba' minn nies fi Triq il-Għajn f'Ħad Dingli. Ir-raġel allegatament qala' daqqiet ta' ħadida li kkawżawlu ġrieħi f'rasu.

Il-Pulizija ġiet imsejħa għall-ħabta tal-17:00 hekk kif ġie rrapportat li tliet irġiel u mara, kollha ta' nazzjonalità barranija kienu nvoluti fi ġlieda.

Fil-post ġiet imsejħa ambulanza li ħadet lir-Rumen l-isptar Mater Dei għall kura. Il-kundizzjoni tiegħu għada mhix magħrufa.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjoni tagħħa dwar x'seta kkawża din il-ġlieda. Il-persuni l-oħra nvoluti fil-ġlieda qed jinżammu biex jgħinu fl-investigazzjonijiet.

More in Kronaka