Shehraz Sarwar, passiġġier fuq ajruplan tal-Emirates minn Dubai għal Birmingham spiċċa arrestat meta werwer lill-passiġġieri l-oħra kollha wara li beda jgħajjat 'Allahu Akbar' u 'Boom' waqt li l-ajruplan kien għaddej f'turbulenza ta' arja. Dak il-ħin il-passiġġieri twerwru u ħafna minnhom infexxew jibku. Dan ir-raġel ta' 38 sena beda l-inkwiet mill-ewwel malli tela fuq l-ajruplan fejn ma riedx jilbes is-seat belt u beda jarmi l-ikel fil-kabina. Id-difiża tiegħu qalet li aġixxa hekk għax ma ħax il-mediċina li kellu bżonn. Ir-raġel intbagħat 10 ġimgħat ħabs. Hu raqad matul it-tliet kwarti mill-vjaġġ u malli qam tefa xugaman għal wiċċ wieħed mill-istaff u anke beda jagħti b'idejh fuq rasu.