Aggornat | Jitla' għal 165 in-numru ta' vittmi f'Baghdad

In-numru ta' mejtin wara l-attakk terroristiku f'Baghdad jitla għal 165, b'madwar 225 oħrajn midruba

Jitla' għal 147 in-numru ta' vittmi tal-attakk terroristiku f'Baghdad
Jitla' għal 147 in-numru ta' vittmi tal-attakk terroristiku f'Baghdad

S'issa, in-numru ta' mejtin wara l-attakk terroristiku f'ċentru kummerċjali f'Bagħdad li seħħ il-Ħadd filghodu, tela' għal 165, b'numru ta' madwar 225 oħrajn irrappurtati midruba u oħrajn li għadhom irrappurtati neqsin.

L-Istat Iżlamiku (IS), ħa r-responsabiltà għal dan l-attakk fiċ-ċentru kummerċjali ta' Karrada, fiċ-ċentru ta' Baghdad, Iraq, fejn trakk mimli splussivi sploda f'nofs iċ-ċentru kummerċjali li dak il-ħin kien mimli nies jiċċelebraw it-tmiem tar-Ramadan.

Aktar tard matul il-ġurnata tal-Ħadd, il-Prim Ministru Iraqi, Haider al-Abadi, żar il-lokalità fejn sar l-attakk  u ddikjara tlett ijien ta' luttu nazzjonali b'suffraġju għall-vittmi innoċenti ta' dan l-attakk terroristiku.

 

Tlett ijiem luttu nazzjonali b'suffraġju għall-vittmi tal-attakk
Tlett ijiem luttu nazzjonali b'suffraġju għall-vittmi tal-attakk

More in Kronaka