Il-Pulizija, flimkien mal-Forzi Armati għaddejjin b'operazzjoni biex jiġi rkuprat il-katavru ta' raġel minn fuq jott li jinsab madwar mil 'il-barra mill-kosta ta' San Ġiljan.
L-identità tar-raġel għada ma ġietx stabbilita, iżda x'aktarx li huwa ta' nazzjonalitả Għarbija.
Għall-kuntrarju ta' xi rapporti fuq il-midja li ħarġu ftit tal-ħin ilu, sorsi fdati infurmaw lill-ILLUM li dan il-każ m'għandu l-ebda rabta mas-sejba tal-katavru ta' Eleanor Mangion Walker f'Ħal Qormi l-bieraħ filgħaxija.
Aktar informazzjoni tiġi aġġornata hekk kif tkun disponibbli