Vandaliżmu minħabba sakra u rifjut ta' prostituta...

Eritrejna ta' 25 sena jagħmel ħsara fuq karozzi u mutur wara 15 -il siegħa jixrob u rifjut mingħand prostituta

Eritrejan fis-sakra jagħmel ħsara fuq vetturi fil-Gżira wara rifjut minn prostituta
Eritrejan fis-sakra jagħmel ħsara fuq vetturi fil-Gżira wara rifjut minn prostituta

Raġel Eritrejan ta' 25 sena li kien ilu 15 -il siegħa jixrob, ġie arrestat fis-2:15 ta' filgħodu wara li żvoga r-rabja u l-frustrazzjoni tiegħu ma numru ta' karozzi u mutur fil-Gżira. 

L-Eritrejan, Beyee Fessahatsion Weldeabzghi, megħjun mis-sakra li kien fiha, tilef ir-raġun u beda jivvandalizza l-karozzi wara li ħallas €35 għas-servizzi ta' prostituta, li wara li ħaditlu flusu rrifjutat kuntatt miegħu.

Weldeabzghi ġie mressaq il-qorti mixli b'atti ta' vandaliżmu, u sakra fil-pubbliku. Huwa ġie wkoll akkużat fuq pussess ta' cannabis, wara li nstabu 0.4 grammi tad-droga fuq il-persuna tiegħu fil-mument tal-arrest.

Il-Qorti ddifferiet is-sentenza għall-20 ta' Lulju, sakemm l-ammont preċiż tal-ħsarat li ġarrbu l-karozzi u l-mutur jiġi stabbilit. Weldeabzghi nħeles fuq garanzija personali ta' €1000.

 

 

 

More in Kronaka