Attakk suwiċida fil-belt ta' Medina

It-tielet attakk terroristiku f'temp ta' 24 siegħa fl-Arabja Sawdija laqat il-belt qaddisa ta' Medina

Attakk suwiċida b'bomba fil-Belt sagra ta' Medina, fl-Arabja Sawdita
Attakk suwiċida b'bomba fil-Belt sagra ta' Medina, fl-Arabja Sawdita

Il-belt ta' Medina, fl-Arabja Sawdija, li hija kkonsiderata bħala t-tieni l-aktar belt qaddisa għar-reliġjon Musulmana, ġiet attakkata permess ta' attakk suwiċida b'bomba aktar kmieni dalgħodu. It-terrorist sploda lilu nnifsu quddiem il-moskeja tal-profeta fejn qatel erba' uffiċjali tas-sigurtà u darab ħamsa oħra.

Dan kien it-tielet attakk terroristiku fl-Arabja Sawdija f'inqas minn 24 siegħa. L-ewwel attakk seħħ kmieni t-tnejn filgħodu quddiem l-ambaxxata Amerikana f'Jeddah. It-terrorist sploda lilu nnifsu u rnexxielu jweġġa' numru ta' Pulizija li kienu fuq il-post. It-tieni attakk, li seħħ f'Moskeja f'Qatif ma ħalla ebda vittma, ħlief it-terrorist stess li miet meta sploda lilu nnifsu. It-tielet u l-aħħar attakk tal-ġurnata, li kien l-akbar wieħed iżda ħalla l-vittmi.

Mat-tmiem tar-Ramadan, fil-belt ta' Medina, eluf ta' musulmani jinġabru biex iżuru l-post fejn hu midfun il-profeta. L-istess bħal ma ġara l-ħadd li għadda f'Baghdad, fil-mira tat-terroristi kien hemm il-folol jiċċelebraw din il-festa reliġjuża Musulmana.

Filwaqt li s'issa ħadd għadu ma ħa responsabiltà mill-attakki fl-Arabja Sawdija, stqarrija mill-Ministeru tal-Intern saħqet li s-suspetti kollha jippuntaw lejn l-Istat Iżlamiku (IS).

Fl-istqarrija ingħad li "Dan kien attakk bla preċedent fuq il-Musulmani tad-dinja kollha, iżda kien ukoll attakk fuq l-Iżlam stess."

More in Kronaka