Rinovazzjoni f'San Vinċenz de Paule

Bil-proġett tal-kumpless Rużar Briffa se tingħata ħajja ġdida lil żewġ blokok u jinbnew tnejn ġodda fir-residenza San Vinċenz de Paule

Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana tispjega dwar il-proġett ġdid f'San Vinċenz de Paule
Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana tispjega dwar il-proġett ġdid f'San Vinċenz de Paule

Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana, stqarret waqt konferenza stampa, li l-proġett tal-kumpless Rużar Briffa fi ħdan ir-residenza San Vincenz de Paule se joffri r-renovazzjoni u r-ristrutturazzjoni ta' tnejn mill-blokok eżiżtenti tar-residenza, filwaqt li aktar tard, jinbnew wkoll żewġ blokok ġodda.

"Dan il-proġett hu maqsum fi tlett fażijiet, b'kull fażi tiffoka fuq blokka separata. Bħalissa għaddej ix-xogħol fuq l-ewwel fażi, li hu proċess kemm xejn ikkumplikat minħabba li l-blokka hija waħda antika ti tmur lura għal żmien l-Ingliżi."

Dan stqarritu Josianne Cutajar, CEO tar-residenza San Vinċenz, li żiedet tgħid li minbarra l-preżervazzjoni tal-bini innifsu, l-għan prinċipali huwa li jinħolqu kundizzjonijiet u trattamenti aħjar għar-residenti. Cutajar żiedet tgħid ukoll li l-proġett irrkjeda planar estensiv biex il-160 pazjent fil-blokka jiġu relokati waqt li jsiru x-xogħlijiet.

Cutajar saħqet li tt-tieni fażi, tkun imbgħad it-tieni blokka, wara li l-ewwel waħda tkun lesta għall-aħħar tal-2017. L-ewwel fażi, li bdiet f'Diċembru li għadda se tiswa €3.5 miljun, filwaqt li t-tieni fażi se tiswa €4 miljun. 

"It tielet fażi, li se tkun l-aktar waħda ikkumplikata, bil-bini ta' żewġ blokok kompletament ġodda, għada fi stat avanzat ta' pjanar u għada ma ħargitx ċifra uffiċjali ta' kemm se tiġi tiswa", spjeġat Cutajar.

Hija temmet billi qalet li "il-proġett se jara n-numru ta' sodod fir-residenza jitla' minn 160 għal 250, kif ukoll itejjeb il-faċilitajiet għall-impjegati."

More in Kronaka