Raġel iweġġa' gravi f'inċident f'Birkirkara

Vann jaħbat ma' karozza u żewġt irġiel jispiċċaw midruba

Kmieni dalgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident stradali fi Triq Dun Karm, Birkirkara. Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li kienet seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Isuzu NKR misjuqa minn raġel ta’ 27 sena residenti San Ġwann u vettura Peugeot 406 misjuqa minn raġel ta’ 24 sena residenti l-Għargħur.

Iż-żewġt irġiel ittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura medika. Aktar tard huma ġew iċċertifikati li mhumiex fil-periklu tal-mewt. Ir-raġel ta’ 27 sena ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura gravi, filwaqt li l-ġrieħi tar-raġel l-ieħor għadhom ma ġewx iċċertifikat.

Il-vetturi involuti sostnew danni estensivi. Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.

More in Kronaka