Minn nhar it-Tnejn li ġej se isir tibdli maġġuri fis-sistema tat-traffiku fil-kappara, b'relazzjoni tal-proġett li għaddej bħalissa.
Dan ħabbru l-Ministru Joe Mizzi fil-parlament, fejn spjega li bejn it-Tnejn 11 ta' Lulju u l-Ġimgħa 22 ta' Lulju, se jkun hemm tibdil fil-karreġġati ta' Triq Reġjonali fid-direzzjoni lejn u minn San Ġiljan. Dawn it-tibdiliet se jikkawżaw aktar konġestjoni ta' traffiku u l-pubbliku huwa nkuraġġat biex kemm jista' jkun jipprova juża rotot alternattivi. Mit-23 ta' Lulju mbgħad, Triq tas-Sliema se tiġi magħluqa kompletament.
Fil-jiem li ġejjin, Transport Malta se tipprovdi informazzjoni dwar rotot alternattivi.
L-għeluq temporanju ta' dawn it-toroq huwa neċessarju biex isiru xogħolijiet ta' mogħdija tas-servizzi u tibda' l-preparazzjoni għat-tħaffir biex jitbaxxa l-livell tat-triq u l-bini tal-pont.