'Diżrispett lejn il-komunità Musulmana'

Dan tgħidu 'Din l-Art Ħelwa' rigward il-proposta għall-bini ta' pompa tal-petrol u car wash biswit iċ-ċimiterju tat-Torok fil-Marsa

"Iċ-Ċimiterju tat-Torok fil-Marsa m'għandux ikollu pompa tal-petrol ħdejh" - 'Din l-Art Ħelwa'

'Din l-Art Ħelwa' qed jiddeskrivu applikazzjoni għal-bini ta' kumpless b'pompa tal-petrol u car wash biswit iċ-ċimiterju Tork fil-Marsa, bħala distrispett lejn il-komunità Musulmana f'Malta u lejn dawk li qed jaħdmu fuq ir-ristawr ta' dan iċ-ċimiterju.

Minbarra d-disrispett lejn il-komunità Musulmana, 'Din l-Art Ħelwa' saħqu jgħidu li apparti mill-impatt viżiv li jkerraħ l-arkitettura storika taċ-ċimiterju nnifsu, din l-istess arkitettura u lavur tal-ġebel delikat, jista' jiġi effetwat negattivament mill-emmisjonijiet li tiġġenera pompa tal-petrol f'distanza daqshekk qrib taċ-ċimiterju.

Għaldaqstant, 'Din l-Art Ħelwa' qed jitolbu lill-Awtorità tal-Ippjanar biex ma taċċettawx din l-applikazzjoni u jinstab post alternattiv fejn jinbena dan il-kumpless b'pompa tal-petrol u car wash.

More in Kronaka