Raġel ta' 62 sena jitlef ħajtu fl-Ġħadira

Raġel Slovakk ta’ 62 sena jitlef ħajtu waqt li kien qiegħed jgħum ġewwa l-bajja tal-Għadira

Raġel ta' 62 sena imut waqt li kien qiegħed jgħum fil-bajja tal-Għadira
Raġel ta' 62 sena imut waqt li kien qiegħed jgħum fil-bajja tal-Għadira

Raġel Slovakk ta’ 62 sena, residenti San Pawl il-Baħar, titlef ħajtu waqt li kien qiegħed jgħum ġewwa l-bajja tal-Għadira aktar kmieni illum wara nofsnhar.

Il-Pulizija ġiet infurmata għall-ħabta tat-15:30, li kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom ġewwa l-bajja tal-Għadira, peress li kien hemm raġel li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed jgħum.  

Il-Pulizija tad-Distrett marru mmedjatament fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-għawwiem, raġel Slovakk ta’ 62, ittella’ minn xi persuni li kien hemm fuq il-post.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn sfortunatament aktar tard huwa tilef ħajtu.

Bil-każ ġiet infurmatha l-Maġistrat tal-Għassa Dr M. Farrugia LLD li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka