Xagħar nadif... imma b'mod falz

Id-Dwana tikkonfiska żewġ kontejners mimlijin prodotti tal-ħasil tax-xagħar li jirreplikaw b'mod falz żewġ ditti popolari

Id-dwana tikkonfiska żewġ kontejners mill-Freeport mimlijin prodotti foloz
Id-dwana tikkonfiska żewġ kontejners mill-Freeport mimlijin prodotti foloz

Id-Dwana ta' Malta kkonfiskat żewġ kontejners mimlijin oġġetti foloz li nstabu l-Malta Freeport aktar kmieni llum.

F'dawn il-kontejners instabu madwar 18,720 flixkun ta' prodotti tal-ħasil tax-xagħar li jirreplikaw b'mod falz żewġ ditti kosmetiċi popolari, flimkien ma 8,912 apparat għall-kura tax-xagħar, li bl-istess mod tax-shampoos, kienu repliki foloz ta' ditti rinomati.

Din hija t-tieni sejba ta' dan i-tip fi żmien ftit ġimgħat. Infatti, ix-xahar li għadda id-Dwana skopriet u kkonfiskat 14-il tunnellata ta' sigaretti u prodotti tal-ħasil tal-ħwejjeġ foloz.

Fiż-żewġ kazi, il-Qorti immedjatament ħadet passi legali dwar frodi u ksur tal-liġijiet internazzjonali tad-drittijiet dwar Proprjetà Intellettwali (Trademarks).

 

More in Kronaka