Mara Ewropeja ta' 28 sena, residenti Malta qegħda tinżamm f'arja iżolata fl-isptar Mater Dei wara li rriżultat pożitiva għall-virus Zika. Jidher li l-mara ħadet il-virus waqt żjar fin-Nikaragwa.
Il-virus Zika ma jitteħidx minn persuna għall-oħra ħlief b'rapporti sesswali.
Dan huwa t-tieni każ f'Malta ta' persuni milquta biz-Zika wara li kienet f'pajjiż effetwat b'dan il-virus.
Skont l-Organizzazjoni tas-Saħħa Dinija, pajjiżi Mediterranji bħal Malta għandhom riskju moderat għall-firxa tal-virus Zika, madankollu din il-ġimgħa, xorta kien hawn tim ta' esperti miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Mard biex jagħtu għajnuna dwar ir-rispons ta' Malta għas-sitwazzjoni taz-Zika.
In-nemus l-aktar komuni hawn Malta, li fil-verità jista' jittrażmetti l-virus, ma jidhirx li hu nfettat. Dan ħareġ minn studju li sar flimkien mal-Universitả ta' Malta.
Dawk li se jkunu ħa jivvjaġġaw f'pajjiżi effetwati minn dan il-virus, huma mitluba jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji biex jevitaw li jingidmu minn nemus.
Għal aktar informazzjoni, wieħed jista' jċempel fuq in-numru 21324086