Raġel ta' 37 sena fil-periklu tal-mewt wara inċident fil-baħar

Serb ta' 37 sena jinsab f’qagħda kritika wara li kellu inċident ġewwa x-Xatt ta’ Ta’ Xbiex

Serb ta' 37 sena jittieħed l-isptar f'qagħda kritika
Serb ta' 37 sena jittieħed l-isptar f'qagħda kritika

Raġel ta' 37 sena ta' nazzjonalità Serba jinsab f’qagħda kritika wara li kellu inċident ġewwa x-Xatt ta’ Ta’ Xbiex, ilbieraħ wara nofsinhar.

Minn stħarriġ preliminari li għamlu l-Pulizija mill-Għassa ta’ Tas-Sliema rriżulta li x’aktarx ir-raġel kien qed jgħum meta qabeż fil-baħar, bil-konsegwenza li spiċċa fuq xi blat. 

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard ġie ċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġie nfurmat il-Magistrat tal-Għassa Dr Neville Camilleri LLD li appunta nkjesta fuq il-każ.

Investigazzjonijiet fuq il-każ għadhom għaddejjin.

More in Kronaka