Aġġornata | Raġel ta' 31 sena fil-periklu tal-mewt wara li jinħaraq f'garaxx

Raġel inħaraq waqt li kien qiegħed juża cordless driller fuq biċċa xogħol f'garaxx fil-Magħtab

Illum, għall-ħabta tas-13:45 p.m., il-Pulizija ġew infurmati mill-awtoritajiet tas-saħħa li kien għadu kif iddaħħal raġel l-Isptar Mater Dei wara li kellu inċident waqt li kien qiegħed f’garaxx li jinstab fi Triq Tat-Tarġa, il-Magħtab.

Il-Pulizija mid-Distrett tan-Naxxar marru mmedjatament fuq il-post fejn minn investigazzjonijiet preliminari illi għamlu, rrizulta li filwaqt li r-raġel li għandu 31 u residenti l-Imsida kien qiegħed jagħmel xi xogħol fuq dinghy, meta għal xi raġuni nħaraq waqt li kien qiegħed jagħmel użu minn cordless driller.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma minnufih l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed fil-periklu li jitlef ħajtu.

Bil-każ ġie nfurmat il-Magistrat tal-Għassa Dr I Farrugia LLD li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka