Ġuvni Franċiż iweġġa wara li jaqa' minn fuq 'banana boat'

Ġuvni Franċiż ta’ 16-il sena indarab f' inċident ġewwa l-Bajja ta’ San Ġorġ wara li waqa’ minn fuq banana boat

Franċiż ta' 16-il sena jweġġa wara li waqa' minn fuq 'banana boat'
Franċiż ta' 16-il sena jweġġa wara li waqa' minn fuq 'banana boat'

Ġuvni Franċiż ta’ 16-il sena indarab f' inċident ġewwa l-Bajja ta’ San Ġorġ, San Ġiljan wara li waqa’ minn fuq dik li hi magħrufa bħala banana boat li kinet qegħda tiġi miġbuda minn speed boat b'veloċita kbira ġewwa l-bajja.

Dan ħareg wara stħarriġ preliminari li għamlet il-Pulizija wara li għall-ħabta tat-15:30, ġew infurmati mill-awtoritajiet tas-saħħa li kien għadu kemm seħħ inċident u marru mmedjatament fuq il-post.

Għaldaqstant il-ġuvni Franciż ttieħed immedjatament l-Isptar Mater Dei fejn ġie mogħti l-kura meħtieġa u ftit wara ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura ħafifa.

L-investigazzjonijiet mill-Għassa ta’ San Giljan għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka