Minn għada aktar frisk u aktar riħ

Tmiem il-ġimgħa aktar frisk iżda s-sħana tirritorna minn nofs il-ġimgħa d-dieħla

It-temperaturi għal għada mistennija jiffriskaw ftit u jinżlu sa 33C filwaqt li r-riħ se jitqawwa u jsir Forza 4 sa 5 mill-punent majjistral. Il-Ġimgħa ir-riħ ikompli jitqawwa għal forza 6 u t-temperatura tkompli tiffriska meta l-ogħla tkun ta' 29C. Matul tmiem il-ġimgħa it-temperatura titla ftit għal 31C bir-riħ ikompli jkun qawwi, forza 6 mit-Tramuntana iżda jnaqqas sal-Ħadd għal forza 3 fejn l-ogħla temperatura għal Ħadd tkun ta' 30C. Iżda min jaħseb li t-temp sħun se jmajna hu żbaljat għax minn nofs il-ġimgħa d-dieħla it-tempetratura se tkompli tikkarga. Għalkemm wieħed irid joqgħod attent biss għal nhar il-ĠImgħa fejn hu mistenni li l-mewġ se jkun qawwi u jkun anke ta' 4 metri.

 

More in Kronaka