Ilbieraħ wara nofisnhar fil-Qorti, Andrew Mangion, wieġeb mhux ħati għall-akkużi magħmula kontrih fir-rigward tal-qtil ta' l-ex mara tiegħu, Eleanor Mangion Walker, li l-katavru tagħha nstab f'maħżen f'Ħal Qormi fl-4 ta' Lulju.
F'awla mimlija familjari, Pulizija u ġurnalisti, il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, akkużat lil Andrew Mangion bil-qtil volontarju ta' Eleanor, l-omm ta' tifla ta' 9 snin, u ex mara ta' Andrew, li minn miegħu kienet għaddejja bi proċess ta' separazzjoni.
Mangion, b'vuċi baxxa u nieqsa minn tonalità, saħaq biss ismu u l-professjoni tiegħu fil-qorti, hekk kif ingħatatlu s-sentenza u se jinżamm f'kustodja fil-faċilità korrettiva ta' Kordin.
Mangion, ta' 40 sena, ta ruħu f'idejn il-Pulizija wara tfittxija intensiva għalih, hekk kif millewwel huwa kien is-suspettat ewlieni fil-qtil ta' Eleanor Mangion Walker, li l-katavru tagħha nstab f'maħżen f'Ħal Qormi.
Jinhad li Andrew Mangion talab l-għajnuna ta' xi qarib tiegħu biex iġorr il-katavru ta' Eleanor fil-maħżen wara li ammetta l-qtil miegħu. Dan il-qarib ta' Andrew Mangion irrifjuta li jkun kompliċi, u li x'aktarx kien huwa stess li għamel l-ewwel rapport lill-Pulizija.
Eleanor, omm ta' tifla ta' 9 snin, instabet fil maħżen mgħottija bxi paletti tal-injam, wara li allegatament kienet maqtula fit-3 ta' Lulju minn Andrew Mangion u wara mehuda mejta fil-maħżen f'Ħal Qormi. Il-qtil, li jingħad kien minnħabba għira minn naħa ta' Mangion, seħħ fi żmien waqt li l-koppja kienu għaddejjin minn proċeduri ta' separazzjoni, iżda kienu għadhom jgħixu taħt l-istess saqaf.
Wara l-arrest ta' Andrew Mangion, xi ftit tal-jiem ilu, il-Pulizija kienet imwaqqfa milli tinterroga lis-suspettat wara li dan kien qiegħed jinżamm fl-isptar Monte Karmeli għal-evalwazzjoni prikjatrika. Fil-mument li Mangion ħareġ minn Monte Karmeli iżda, il-Pulizija wettqet l-arrest u hadithu minnufiħ id-depot għall-interrogazzjoni, fejn aktare tard ilbieraħ stess ġie mressaq il-Qorti u akkużat bi qtil volontarju.
It-tifla ta' 9 snin li tilfet l'omma ta' età daqshekk żgħira, bħalissa qegħda tinżamm minn nannitha.