Drogi u vjolenza f'Għawdex

Żewġ każi separati ta' pussess ta' droga u ta' vjolenza għall-pudur ta' mara fil-Qorti t'Għawdex

Akkużat bil-Pussess ta' Kokaina, Ecstact, LSD u Kannabis
Akkużat bil-Pussess ta' Kokaina, Ecstact, LSD u Kannabis

Ġurnata mpenjattiva għall-Qorti t'Għawdex, hekk kif illum tressqu żewġ każi separati ta' reati li twettqu din il-ġimgħa.

Fl-ewwel każ, il-Pulizija ressqet raġel ta’ 30 sena imwieled ir-Rabat (Għawdex) quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr J Vella Cuschieri LLD.  Huwa ġie akkużat talli nhar it-12 ta’ Lulju 2016 kellu fil-pussess tiegħu d-droga kokaina, ecstasy, LSD u pjanta tal-kannabis. 

Huwa ġie akkużat ukoll li kellu fil-pussess tiegħu d-droga kokaina, liema droga ma jidhirx li kienet għall-użu esklussiv tiegħu.

L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontra tiegħu.  Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet tal-Qorti, fosthom depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €2,000.

Intant, f'każ separat, il-Pulizija ressqet raġel Egizzjan ta’ 40 sena quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr J Vella Cuschieri LLD. li ġie akkużat li nhar it-12 ta’ Lulju 2016 ġewwa x-Xewkija ikkommetta attentat ta' vjolenti għall-pudur ta’ mara flimkien filwaqt li kkaġuna biża' li "ser tintuża vjolenza kontra tagħhom”, lil xi persuni (fosthom il-vittma tal-attentat).

L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontra tiegħu.  Huwa ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest u qiegħed jinżamm taħt kustodja.

More in Kronaka