L-Isptar Mater Dei nieda fond tat-Trasport, sostnut minn Malta Public Transport, li biħ, l-impjegati tal-isptar jistgħu jirċevu €240 f’forma ta’ kreditu tat- trasport pubbliku meta jideċiedu li jagħtu lura l-permess tal-parkeġġ tagħhom.
Iċ-Ċermen tal-Isptar Mater Dei, Ivan Falzon fisser li “Jagħmel sens li wieħed jasal Mater Dei permezz tat-trasport pubbliku, huwa irħis u konvenjenti. Hija tassew aħbar tajba li għandna l-impenn ta’ Malta Public Transport sabiex inkomplu nsaħħu u ninċentivaw l-użu tat-trasport pubbliku minn u lejn MDH. Aħbar tajba għall-impjegati tagħna, għall-isptar tagħna u fuq kollox għall-ambjent.”
“Wara s-suċċess tal-KSU Transport Fund, li rat diversi studenti jużaw it-trasport pubbliku minflok il- karozzi privati, aħna nixtiequ nkomplu nagħtu sapport lil inċentivi li jippromovu bidla fil-kultura lejn ambjent iżjed b’saħħtu,” sostna l-General Manager ta’ Malta Public Transport, Konrad Pulé. “Aħna qed nagħmlu l-aħjar li nistgħu biex intejjbu l-esperjenza tal-klijent u nittamaw li dan l-inċentiv jattira aktar impjegati tal-Isptar Mater Dei biex jużaw is-servizz tagħna.”
L-Isptar Mater Dei se jkun qed juża dan il-fond ukoll sabiex jipprovdi kreditu tat-trasport pubbliku lill- familji ta’ pazjenti li jeħtieġu li jqagħttu aktar minn ġimgħatejn l-isptar.
Grazzi għal dan il-fond, l-impjegati se jibbenefikaw minn €20 kreditu fuq it-tallinja card tagħhom fil- bidu ta’ kull xahar għal perjodu ta’ sena. Dan ifisser li l-massimu mħallas mill-impjegati li japplikaw għal dan l-inċentiv huwa ta’ €6 fix-xahar. Bħalissa digà hemm 34 impjegat li għażlu li jibbenifikaw minn din l-offerta, li hija miftuħa għal massimu ta’ mitt impjegat.