Madwar 80 persuna fosthom anke tfal, ġew ċertifikati mejta fi Franza wara li trakk baqa' dieħdl fil-folol f'Nizza waqt li kienu għaddejjin iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa nazzjonali, ta' Bastilja. Madwar 100 persuna oħra indarbet f'dan il-każ fejn jidher li t-trakk baqa' jsuq għal madwar żewġ kilometri wara li baqa' dieħel fl-ewwel vittma tiegħu.
Il-folol inġabru mal-promenade f'Nizza sabiex isegwu l-logħob tan-nar fl-okkażjoni tal-festa nazzjonali tal-14 ta' Lulju. Ix-xufier apparentament kien armat, u beda' jispara xi tiri qabel ma baqa' għaddej fuq il-vittmi biex għaffiġhom u qatilhom. L-awtoritajiet irnexxielhom joqtlu lix-xufier. Fit-trakk instabu numru ta' armi tan-nar u grenades. Huwa maħsub li l-aggressur kien magħruf mal-pulizija Franċiża.
Intant, il-President Franċiż Francois Hollande iddeskriva dan l-attakk bħala wieħed 'mostruż' u qal li, "ma nistgħux nieqfu quddiem dawn l-attakki terroristiċi."