Il-Kap tal-pedjatrija arrestat għax bagħbas lil pazjenti tfal

Alberto Flores spiċċa bil-manetti wara rapporti li kien ibagħabas partijiet intimi tal-pazjenti minorenni

Alberto Flores D'Arcais, il-kap tad-dipartiment tal-pedjatrija tal-isptar ta' Legnano (Milano) ġie manettjat u arrestat wara li l-pulizija ta' Legnano investigaw allegazzjonijiet li dan it-tabib kien qed imiss u jbagħabas partijiet intimi ta' tfal pazjenti tiegħu meta kien jinvistahom. Hu ġie akkużat li wettaq atti sesswali ma' tfal taħt l-eta u dan ġie konfermat mill-ANSA. Skont l-investigazzjonijiet it-tabib kien idum ħafna iżjed milli suppost fil-viżti tiegħu ma pazjenti preteens u kien iħallihom għarwenin għal ħafna ħin milli kien hemm bżonn u dejjem bi skuża ta' kontrolli mediċi kien imissilhom il-partijiet intimi tagħhom.

More in Kronaka