Aġġornat | Attakk f'Nizza : Il-qattiel jibgħat messaġġi qabel wettaq l-attakk

- Il-qattiel jibgħat messaġġi qabel wettaq l-attakk
- Il-Pulizija Franċiża arrestat 7 persuni b'konnessjoni mal-attakk terroristiku f'Nizza tal-14 ta' Lulju
- L-Istat Iżlamiku (IS) jieħdu responsabbiltà tal-attakk

7 persuni arrestati b'konnessjoni mal-attakk terroristiku f'Nizza
7 persuni arrestati b'konnessjoni mal-attakk terroristiku f'Nizza

Aġġornat :

Ħu l-raġel Tuneżin responsabbli tal-attakk terroristiku li seħħ f'Nizza waqt iċ-ċelebrazzjonijiet ta' jum il-Bastilja nhar l-14 ta' Lulju li għadda, li fih dan saq fuq folla nies, bir-riżultat li nqatlu 84 persuna, saħaq ma' ġurnalisti tar-Reuters li qabel ma wettaq l-attakk, ħuħ, Mohamed Lahouaiej Bouhlel, bagħtlu ritratti b'messaġġ fuq il-mobile.

Filwaqt li ħu t-terrorist ma qasamx ir-ritratt mal-media, huwa saħaq li ħuħ kien deher kuntent fir-ritratt u lilhu qallu biss li qiegħed igawdi jum il-Bastilja ma xi ħbieb tiegħu.

Fil-ġranet ta' wara l-attakk, sebat irġiel, flimkien ma' l-ex mara ta' Bouhlel ġew arrestati b'konnesjoni mal-attakk. Aktar kmieni dalgħodu, l-ex mara ta' Bouhlel ġiet meħlusa mill-arrest fuq nuqqas ta' provi kontriha, filwaqt li wieħed mill-irġiel arrestati, qiegħed jiġi nvestiġat fid-dettall minħabba messaġġ li bagħtlu Bouhlel, li fih jirrangrazzjaħ li provdielu arma tan-nar.

L-istat Iżlamiku (IS), ftit ġranet wara li seħħ l-attakk, ħadu resposabbilità tiegħu u fuq sit b'konnessjonijiet mal-grupp, stqarru li "Huwa (Bouhlel) wettaq dan l-attakk b'risposta għat-talba tagħna li li jintlaqtu ċ-ċittadini tal-pajjiżi li jinsabu f'koalizzjoni kontra l-Istat Iżlamiku."

Il-ministru tal-Intern Franċiż, Bernard Cazeneuve, stqarr li "dan it-tip ta' attakk ġdid, juri d-diffikultà estrema fil-ġlieda kontra t-terroriżmu..."

Il-Ministru tas-Saħħa Franċiż, Marisol Touraine, saħqet waqt żjara f'Nizza, li 18 mill-vittmi midruba, inkluż minorenni, jistabu f'qagħda kritika l-isptar, filwaqt li 52 oħrajn għadhom rikoverati, iżda mhux fil-periklu ta' mewt.

More in Kronaka