Għandu permess għall-imwejjed iżda mhux tal-platform: L-ingombru tneħħa

Il-kunsillier Belti Ray Azzopardi irnexxielu jġibha żewġ  wara li dan l-ilment tiegħu ħareġ fuq dan is-sit u l-ILLUM għamel ir-riċerka tiegħu

Ray Azzopardi hu magħruf għal mod kif iwassal l-ilmenti tiegħu favur il-belt Valletta. Dan il-kunsillier laburist fuq facebook joħroġ ritratti u lmenti meta xi ħadd joqroslu lil belt tiegħu. Bħal ħafna drabi l-ilment tiegħu jinġibed minn dan is-sit u jitwassal lill-eluf ta' qarrejja li jsegwuna u l-ilment jasal fejn għandu jasal. Sadattant l-ILLUM ma waqafx hawn u għamel ir-riċerki tiegħu fejn raha l-permessi li ħarġu mill-MEPA fejn dawn taw permess għall-imwejjed barra l-ħanut u li jħalli 1.7 metri biex jgħaddu n-nies minn fuq l-ispeċi ta' bankina. Ray Azzopardi min-naħa tiegħu tkellem maċ-ċerman ta' Valletta 18, Jason Micallef u anke mal-prim ministru li jidher li ttieħdet azzjoni u dan l-ingombru tneħħa.

kif kien
kif kien

More in Kronaka