Dak li l-pulizija bdew jaħsbu li seta kien il-katavru tal-Ungeriż li niżel jgħum f'Marsalforn nhar il-Ġimgħa u ma tela qatt mill-baħar, ma kienet xejn għajr ġebla kbira fil-qiegħ tal-Menqa. Sorsi qrib il-pulizija għalkemm mhux uffiċċjali qalulna li dehret xi ħaġa suspttuża f'qiegħ il-baħar li ħasbu li seta kien il-katavru taż-żagħżugħ ta' 17-il sena. Iżda dan l-oġġett suspettuż ma kien xejn għajr ġebla li minn fuq tefgħet suspett li seta kien xi katavru.
Għalhekk it-tfittxijiet għadhom sejrin bil-helikopter issa ilu erbat ijiem idur fl-inħawi biex isibu lil dan iż-żagħżugħ li niżel jgħum ma' ħuh f'baħar imqalleb, ħuh tela u Bencie baqa ma tela qatt.