Il-kumpanija Metallform, li fetħet il-bibien tagħha bi ħmistax-il impjegat, u tipproduċi apparat mediku tal-ogħla livell fis-settur tal-mediċina, illum tbiegħ il-prodotti tagħha fuq livell globali, u timpjega mal-256 individwu.
Waqt żjara, mill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Chris Cardona u l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo, il-ministri daru l-fabbrika kif ukoll l-espanzjoni li qed tinbena fil-faċilitajiet ġodda b’investiment ta’ €1.3 miljun, u li se tippermetti żieda ta’ madwar 70 impjegat fuq il-256 eżistenti.
Il-Ministru Cardona awgura lill-kumpanija u rringrazzja mhux biss għall-investiment li daħlet għalih, iżda għall-wirja ta’ fiduċja fil-ħiliet tal-Maltin u l-klima ekonomika.