Tlett persuni mietu fi sparatura li seħħet ħdejn pixxina fi Spalding, f’Lincolnshire, l-Ingilterra.
Wara investigazzjonijiet li saru, irriżulta li l-persuni nvoluti fl-isparatura kienu missier ta' 57 sena, il-mara tiegħu ta' 50 sena u binthom ta' 19. Jirriżulta li għal xi raġuni, r-raġel spara fuq martu u binthu u wara spara lilhu nnifsu.
Il-Pulizija li marru fuq il-post irrappurtaw li ebda tir ma ġie sparat mill-pulizija u li l-persuni nvoluti, nstabu mejtin fuq il-post mal-wasla tagħhom.
Infatti, fl-investigazzjoni, mhux qed jiġu mfittxija nies oħra b’konnessjoni ma’ din l-isparatura, filwaqt li xorta avżaw lill-pubbliku biex joqgħod il-bogħod miz-zona tal-isparatura sakemm isiru l-istħarrig kollha.
Kelliem għall-Pulizija ta' Lincolnshire stqarr li l-istparatura m'għanda ebda konnessjoni ma terrorismu.