Aġġornata bir-ritratti | Jinstab katavru fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra

Il-katavru ma setax jittella' mill-bajja tar-Ramla l-Ħamra u għaldaqstant ittieħed l-Imġarr

ritratti: Robert Mangion
ritratti: Robert Mangion

Jinstab katavru fil-baħar, fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra. Il-Pulizija flimkien ma' timijiet tas-salvataġġ jinsabu fuq il-post sabiex il-katavru jittella' mill-baħar, u eventwalment jiġi identifikat.

Mill-informazzjoni li għandha din il-gazzetta, huwa mifhum li l-ġisem ilu fil-baħar għal madwar ġimgħa. Il-katavru, li nqabad mal-ħabel li jindika ż-żona tal-għawwiema ntlemaħ l-ewwel mil-lifeguard li kien jinsab xogħol fuq il-bajja, fejn ħaseb li kienet persuna li teħtieġ l-għajnuna waqt li kienet qed tgħum. Il-katavru ma setax jittella' mill-bajja tar-Ramla l-Ħamra u għaldaqstant ittella' fuq dgħajsa tas-salvataġġ Melita 2 tal-Forzi Armati ta' Malta u ttieħed lejn l-Imġarr biex ikun jista' jittella' fuq l-art.

Il-katavru ntlemaħ fil-bajja għall-ħabta tal-12.35. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija jinsabu għaddejjin, u mhux eskluż li dan il-katavru huwa tal-Ungeriż ta' 17-il sena li ntilef fil-baħar wara li kien qed jgħum Marsalforn ftit tal-jiem ilu.

More in Kronaka