Illum għall-ħabta tad-09:10 seħħ inċident stradali fi Triq San Brinċat, f’Ħal Għargħur.
I-Pulizija mid-Distrett tan-Naxxar marret immedjatament fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li kien seħħ impatt bejn vettura tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn tfajla ta’ 25 sena residenti n-Naxxar u vettura tat-tip Vauxhall Astra misjuqa minn ġuvni ta’ 29 sena residenti San Ġwann.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tfalja l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard, it-tfajla ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura ħafifa, filwaqt li l-ġuvni ma jirriżultax li weġġa fil-ħabta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.