Raġel iweġġa’ kawża ta’ nar fuq dagħjsa

Raġel Tuneżin ta' 53 sena iweġġa b'nar li tela' għal wiċċu waqt li kien qed jaħdem fuq dagħjsa

Raġel jittieħed l-isptar b'feriti kkaġunati minn nar
Raġel jittieħed l-isptar b'feriti kkaġunati minn nar

Fl-16:00 tal-llum, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa x-Xatt tal-Birgu.

Minn investigazzjonijiet preliminari li għamlu l-Pulizija tad-Distrett jidher li Tuneżin ta’ 53 sena, residenti l-Birgu kien sofra xi ġrieħi meta kien qed jiċċekja l-magni ta’ dagħjsa u tela’ xi nar minn ġo l-istess magni.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iżjed tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka