Numru ta' nies inqatlu, filwaqt li numru mhux preċiżat ta’ nies jinsabu midruba, hekk kif seħħet sparatura f’ċentru kummerċjali fi Munich, fil-Ġermanja.
Bħalissa għaddejja operazzjoni ta’ sigurtà u salvataġġ jekk kif hekk kif il-Pulizija tad-distrett ta’ Moosach, fejn saret l-isparatura, imbarrat iż-żona ta' madwar iċ-ċentru kummerċjali.
Fuq ix-xena bħalissa qed jingħataw rapporti mingħand forzi tal-Pulizija li jinsabu fuq helicopters imtajjra fuq iċ-ċentru kummerċjali fejn il-ħaddiema jinsabu msakkrin ġewwa u ma jistgħux joħorġu.
Il-Pulizija għandha informazzjoni li aktar minn persuna waħda armata hija reponsabbli tal-isparatura
Il-forzi tas-siġurtá fil-Ġermanja kienu fi stat ta' allertà għoli, wara li l-ġimgħa l-oħra, żagħżugħ ta' 17-il sena wettaqq attakk imdemmi b'mannara fuq ferrovija; liema attakk kellu konnessjonijiet mall-ġrupp terroristiku li jsejjaħ lilu nnifsu Stat iżlamiku (IS)
Il-Pulizija għad m'għanda ebda nformazzjoni dwar ir-raġunijiet wara dan l-attakk jew idea ta' l-identità tal-attakkant.