'Ja żibel barranin. Jien Ġermaniż u ħa taqilgħuha'

Mill-inqas 10 mejta u 16 feruti meta Ġermaniż beda jispara f'McDonalds fi Munich

Mill-inqas disa' mejta u 16 feruti f'distrett tax-shopping fi Munich wara attakk li sar ilbieraħ filgħaxija. Il-pulizija kienu qed jaħsbu li t-terroristi kienu tlieta, iżda ħdejn l-Olympia Shopping Mall, fi triq viċin, sabu lil qattiel li kien spara għalih innifsu u kienet persuna waħda li wettqet l-attakk. Wara li raw il-filmati fuq is-CCTV cameras il-pulizija ikkonkludew li l-qattiel kien wieħed u ma kellu lil ħadd jgħinu. Il-qattiel kien Ġermaniż/Iranjan ta' 18-il sena li ilu jgħix fi Munich dawn l-aħħar sentejn. Il-pulizija ma jafu xejn fuq dan iż-żagħżugħ u l-mottiv tiegħu mhux magħruf. Fil-fatt l-ebda grupp ma ħa r-responsabilità tal-attakk. Fost il-mejtin u feruti hemm diversi tfal.

Skont is-CNN, xhud li waqt l-attakk kellha lil binha fit-toilet qalet li ratu jikkarga l-arma u beda jispara fuq it-tfal jieklu u dawn ma setgħu jaħarbu mkien. "Kienu maqbuda". 'Beda jgħajjat allahu Akbar. u infqajt nibki għax jien Musulmana"

Sadattant xhud ieħor Husejin Bayri qal li t-terrorista beda jgħid li jrid joqtol lil barranin kollha. "Smajt twerżieqa u beda jgħid "Ja qatta żibel barranin. Jien Ġermaniż u se taqilgħuha"

Żewġ xhiedha konflinġenti, iżda sadanittant l-pulizija għadhom jinvestigaw. Għalkemm hemm ħafna xhieda u anke argumenti rekordjati jingħad li l-qattiel beda jitkellem Ġermaniż perfett u beda joffendi ħafna u jinsluta lit-Torok.

 

 

 

More in Kronaka