Mike Mansholt, Ġermaniż ta’ 18 –il sena, ġie rrapurtat nieqes lill-Pulizija nhar it-22 ta’ Lulju.
Il-Pulizija ħarġet din id-deskrizzjoni, għall min forsi jista' jilmaħ lil dan iż-żagħżugħ :
Dan il-ġuvni huwa twil madwar metru u sittin centimetru (1m 60 cm), irqiq, b-għajnejh blu, xagħaru aħmar.
L-ahhar li deher kien liebes flokk blu ċar, bermuda griż b'linji wesgħin suwed fil-genb, żarbun iswed u kellu fuqhu barżakka sewda.
Huwa kien ukoll qed isuq rota (Mountain bike) sewda bil-blue. Mike Mansholt deher l-aħħar fit-18 ta’ Lulju ġewwa lukanda f’Tas-Sliema.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar Mansholt jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anki b’mod kunfidenzjali, billi jċempel fuq in-numri ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija li huma 21 224 001 jew 119.
Wieħed jista’ anke jgħaddi informazzjoni fi kwalunkwe` ġħassa tal-Pulizija.