Waqt li t-torċa olimpika kienet qegħda tinġarr fit- toroq ta' Guarulhos, Sao Paulo, raġel ħareg għal-nofs ta' triq u prova jieħu t-torċa minn idejn l-atleta, li tagħmel party mir-relay li eventwalment twassal it-torċa sa Rio De Janeiro.
Ir-raġel prova jaqbez in-numru ta' pulizija li kienu ta' skorta mal-atleta, bl-iskop li jieħu t-torċa, iżda dan ġie mwaqqaf milli jagħmel dan hekk kif il-Pulizija niżżlithu ma' l-art u arrestatu fuq il-post.
Il-torċa dalwaqt tasal fi tmiem il-vjaġġ tagħha hekk kif fl-4 ta' Awwissu tasal f'Rio De Janeiro għall-ftuh uffiċjali tal-Olimpjadi RIO 2016