Iweġġgħu gravi f’inċident bil-mutur

Koppja Ingliża jweġgħu gravi wara inċident b'mutur ilbieraħ filgħaxija

Koppja Ingliża tittieħed l-isptar f'kundizzjoni gravi wara inċident bil-mutur
Koppja Ingliża tittieħed l-isptar f'kundizzjoni gravi wara inċident bil-mutur

Il-bieraħ, għall-ħabta tat-19:50hrs, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident fi Triq it-Trunċiera, San Pawl il-Baħar, fejn irriżulta li koppja Ingliża li kienu qiegħdin jagħmlu użu minn mutur tal-għamla Peugeot Tweet, tilfu l-kontroll u waqgħu.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Aktar tard is-sewwieq li għandu 31 sena u l-passiġier, mara ta’ 34 sena, it-tnejn residenti San Pawl il-Baħar, ġew iċċertifikati li qiegħdin isofru minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka