Żagħżugħ Ġermaniż ta' 20 sena sofra ġrieħi ta' natura gravi meta nstab mal-art f'San Ġiljan.
L-inċident seħħ iktar kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-4:45am meta l-Pulizija mid-distrett ta’ San Ġiljan ġiet mgħarrfa li kien hemm persuna mal-art ġewwa Triq Santu Wistin u li kellu bżonn l-għajnuna.
Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post fejn sabu ġuvni Ġermaniz ta’ 20 sena mal-art u li x’aktarx kien għadu kif waqa’. Fuq il-post issejjħet l-ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mill-Għassa ta’ San Ġiljan għadhom għaddejjin.