RITRATTI | 'Ja Kristjani intkom qed toqtluna'

Soru tgħid li l-qattiel ta' 19-il sena hekk qal qabel ħanxar għonq il-qassis waqt li kien qed iqaddes u ffilmjah

il-qattiel fir-ritratt ta' meta kellu 14-il sena fl-2011
il-qattiel fir-ritratt ta' meta kellu 14-il sena fl-2011

Waqt li saċerdot ta' 84 sena ġie maqtul fil-knisja fin-Normandija waqt li kien qed iqaddes daħlu żewġ terroristi tal-ISIS u skont soru li rnexxielha taħrab mill-attakk, qalilhom 'Ja Kristjani, intkom toqtluna lilna' u filwaqt li talab lil Fr Jacques Hamel joqgħod għarkubbtejh, dan ipprova jiddefendi lilu nnifsu u kien hawn li ħanxarlu għonqu. Huma bdew jirrekordjaw dan l-att kollu filwaqt li bdew jgħidu priedka bl-Għarbi.  Dan iż-żagħżugħ ta' 19-il sena, Adel Kermiche hu magħruf mal-pulizija Franċiża meta kien ipprova jingħaqad mal-ISIS u ġie miżmum it-Turkija. Kien għadu kif ħareġ bi pleġġ mill-ħabs. L-awtoritajiet Franiċiżi qalu li għadhom kif arrestaw żagħżugħ ta' 16-il sena li jgħix Sant-Etienne b'relazzjoni mal-attakk.

 

 

Hu ltaqa ma' l-Amerikan Hauchard li kien kattoliku u llum ġellied mal-ISIS li kien il-moħħ wara dan l-attakk
Hu ltaqa ma' l-Amerikan Hauchard li kien kattoliku u llum ġellied mal-ISIS li kien il-moħħ wara dan l-attakk
il-qattiel maqtul mill-pulizija
il-qattiel maqtul mill-pulizija

More in Kronaka