Ġuvni jittajjar u jweġġa' gravi

Kmieni dalgħodu ġuvni ta' 20 sena ġie mtajjar minn karozza, u ġarrab ġrieħi gravi

Guvni ta' 21 sena jittieħed gravi l-isptar wara inċident stradali fil-Marsa
Guvni ta' 21 sena jittieħed gravi l-isptar wara inċident stradali fil-Marsa

Kmieni fl-04:00 ta' dalgħodu, ġuvni ta' 20 sena residenti Ħal Tarxien, intlaqat minn vettura li kienet misjuqa minn ġuvni ta’ 21 sena residenti ż-Żurrieq.

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li s-sewwieq tal-karozza, tat-tip Opel Astra għal xi raġuni tilef il-kontroll u ħabat ġo bankina fi Triq Aldo Moro, il-Marsa, li minn fuqha jidher li kienet għaddejja l-vittma.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

L-investigazzjonijiet tal-Puzliija ghadhom għaddejjin. 

More in Kronaka