Żurrieqi ta' 58 sena jsofri ġrieħi gravi wara splużjoni ta' murtali

Tlieta oħra qed isofru bi ġrieħi ħfief

ritratt meħud minn TVM.com.mt
ritratt meħud minn TVM.com.mt

Ilbieraħ għall-ħabta tad-9.30p.m. instemgħet splużjoni kbira limiti ta' M'Xlokk wara li murtali li kienu qed jingħataw għal festa tal-madonan ta Pompei f'Marsaxlokk ħadu f'daqqa. Il-Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari jirriżulta li waqt li kienu qed jinħarqu xi murtali tal-festa, għal xi raġuni seħħet splużjoni u ndarbu xi persuni. Fuq il-post issejjaħ tim mediku, flimkien ma’ membri tal-Protezzjoni Ċivili u membri tal-EOD sabiex jiġi żgurat li jitneħħa kull periklu li seta’ kien hemm. Żewġt irġiel ta’ 47 u 55 sena, it-tnejn miż-Żurrieq, flimkien ma’ raġel ta’ 21 San Ġiljan ittieħdu l-Isptar Mater Dei fejn ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ħfief, filwaqt li raġel ta’ 58 sena, residenti ż-Żurrieq ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. Numru ta’ vetturi li kienu fil-viċinanzi ġarrbu ħsarat estensivi.

 

Investigazzjonijiet mill-Pulizija tal-Għassa Birżebbuġa għadhom għaddejjin.

More in Kronaka